“Jeċċella fl-ispekulazzjoni”

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis akkuża lid-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo li huwa qiegħed “jeċċella fl-ispekulazzjoni”.
Dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li fiha d-Deputat Nazzjonalista staqsa dwar in-negozjati li l-Gvern allegatament kellu dwar is-sħubija strateġika tal-Air Malta ma’ Turkish Airlines, li fi kliem Arrigo “fallew” u n-negozjati li, intqal, il-Gvern reġa’ beda ma’ Etihad Airways minkejja l-kundizzjonijiet iebsa li dawn ressqu.
Zammit Lewis qal ukoll li l-informazzjoni mitluba hija waħda li f’dan l-istadju ta’ negozjati hija waħda mill-aktar kummerċjalment sensittiva u per konsegwenza mhux se tiġi mwieġba.