Jeans ta’ Heidi Klum mingħand il-Lidl

Il-Lidl u l-mudella Heidi Klum ħarġu bit-tielet kollezzjoni tal-ħwejjeġ li ġġib l-isem ta’ Esmara by Heidi Klum, li għall-ewwel darba tinkludi wkoll kollezzjoni tal-ħwejjeġ għat-tfal. 
Għal din is-sena, Heidi Klum kellha l-belt xemxija ta’ Los Angeles bħala l-ispirazzjoni, b’disinji ta’ denim li fi kliemha jixbħu s-Southern Californian style
L-għan tal-mudella kien li tfassal kollezzjoni li filwaqt li hija tal-aħħar moda, hija wkoll affordabbli. Minbarra d-denim, Heidi Klum iddisinjat ukoll diversi t-shirts f’kuluri vivaċi li jikkumplimentaw il-jeans. Il-kollezzjoni tat-tfal tinkludi dungareesshorts u anke xi żraben.