Jean Pierre Debono jirreżenja mit-tim strateġiku tal-PN

Read in English.

Jean Pierre Debono, li kien il-Koordinatur Politiku Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista rreżenja mill-irwol tiegħu.

Debono qal li ppreżenta l-ittra tar-riżenja tiegħu lill-Kap tal-PN it-Tnejn li għadda.

Fuq Facebook Debono qal li ppreżenta l-ittra tar-riżenja tiegħu lill-Kap tal-PN it-Tnejn li għadda. Fiha qal li minflok se jkun qed jaħdem fil-privat u jaħdem fuq il-kandidatura tiegħu mal-partit fuq is-7 Distrett. Wara li Adrian Delia kien ġie elett bħala l-kap tal-PN, Debono kien ċedielu s-siġġu tiegħu fil-parlament – ħaġa li fakkar lil Delia fl-ittra tiegħu.

Debono qal li lest jgħin lill-PN “fejn ikun meħtieġ”.

Ir-riżenja ta’ Debono ġiet madwar ħmistax wara r-riżenja ta’ Antoine Zammit irrizenja minn Teżorier tal-PN. Dan wara li l-Partit Laburista żvela filmat li juri lil Zammit jispjega kif utenti tal-IPTV jistgħu jaċċessaw stazzjonijiet pornografiċi.

Antoine Zammit jirriżenja minn Teżorier tal-PN

Skont Debono, wara 21 ta’ servizz lil PN, fil-ġimgħat li ġejjin se jibda xogħol ġdid fis-settur privat. Hu kien qed jaqla’ mal-€2,000 fix-xahar mal-partit.

“Dan il-pass qed nagħmlu biex waqt li niffoka fuq il-ħidma l-ġdida tiegħi fis-settur privat ikolli aktar ħin biex niffoka iżjed fuq il-ħidma tiegħi bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq is-Seba’ Distrett (Ħaż-Żebbuġ, Ir-Rabat, l-Imġarr, L-Imtarfa, Ħad-Dingli, Tal-Virtù u l-Baħrija). Ħidma fuq livell distrettwali li bejn l-2016 u l-2017 waslet biex jiena għall-ewwel darba kont elett bħala Deputat tal-Partit Nazzjonalista. Kif taf, wara biss tliet xhur, is-siġġu parlamentari li għoġobhom jafdawni fih il-kostitwenti tas-7 Distrett ċedejtu lilek f’Settembru tal-2017 biex inti wara li kont elett Kap tal-Partit Nazzjonalista stajt tieħu postok bħala Membru Parlamentari u Kap tal-Oppożizzjoni.”

Fl-ittra tiegħu, Debono qal li għadu leali lejn Delia u lejn il-partit.

F’Ġunju, Jean Pierre Debono ntgħażel mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista bħala dak li se jieħu s-siġġu ta’ David Stellini fil-Parlament. Però, spiċċa jkun id-Deputat Kevin Cutajar li ħa dan is-siġġu.

Il-post ta’ Debono:

It-Tnejn li ghadda f'laqgha li kelli mal-Kap tal-PN Adrian Delia prezentajtlu ittra li fiha kkomunikajtlu li se nkun qed…

Posted by Jean Pierre Debono on Wednesday, October 16, 2019

Jean Pierre Debono fl-aħbarijiet

Il-PN jitlob biex il-mozzjoni ta’ co-option ta’ Jean Pierre Debono tiġi posposta

Jean Pierre Debono mhux se jieħu l-ġurament tal-ħatra

Jistaqsi x’għandu jiġri minn Jean Pierre Debono peress li “nqabad darbtejn

Jean Pierre Debono jgħid kemm jaqla’ kull xahar mill-PN

Aġġornata: Nulla l-elezzjoni ta’ Jean Pierre Debono – Il-Kumitat tal-PN f’Għawdex

Il-Kunsill Amministrattiv tal-PN iwiddeb lil Jean Pierre Debono

Filmat: Debono live bil-festa waqt it-tempesta fuq il-PN – Jispjega x’ġara