Jean Paul Farrugia jirbaħ il-BOV plejer tax-xahar ta’ Novembru

BOV player tax-xahar Novembru

Read in English.

Jean Paul Farrugia ta’ Sliema Wanderers huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2020.

L-attakkant ta’ 28 sena qed isib l-aħjar forma tal-karriera tiegħu u huwa l-aqwa skorer lokali fil-Kampjonat BOV Premier bis-Sliema li qed jisfidaw għat-titlu.

Farrugia skorja tnejn fir-rebħa ta’ 3-1 ta’ Sliema fuq Balzan matul Novembru. Huwa skolrja l-ewwel wieħed tiegħu mill-penalty wara li twaqqa’ ġewwa l-kaxxa u reġa sab ix-xibka b’xutt mill viċin wara li l-goalkeeper ta’ Balzan laqa xuttijiet ta’ Cisotti u Milesi.

Farrugia skorja 2 gowls oħra matul Novembru, daqqa ta’ ras fina fit-80 minuta biex għeleb lil Justin Haber fit-telfa ta’ 3-2 ta’ Sliema kontra l-ġirien Gżira waqt li skorja penalty fir-rebħa ta’ 4-1 kontra Lija Athletic.

Bernard Azzopardi, Maniġer tal-Fergħa tas-Sliema tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2020 lil Farrugia fil preżenza ta’ Dr Matthew Paris, Viċi President tal-Malta Football Association. Il-Plejer għażel lill-Ursuline Creche biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex twettaq in-negozju tas-servizzi bankarji u ta’ investiment skont l-Atti tas-Servizzi Bankarji u ta’ Investiment (Kap.370, 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).