Jean Claude Micallef isir MP

Facebook

Read in English.

Jean Claude Micallef ħa l-ġurament tal-ħatra bħala membru parlamentari dalgħodu. Il-preżentatur tat-televixin ġie elett wara elezzjoni każwali li saret ix-xahar li għadda sabiex Micallef jieħu post Helena Dalli fil-Parlament. Dan wara li Dalli ġiet appuntata Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.

Is-siġġu parlamentari baqa’ jappartjeni għat-tielet distrett, u ntrebaħ minn Micallef.

Iċ-ċerimonja tal-ħatra saret dalgħodu waqt l-ewwel sessjoni parlamentarja wara waqfa twila.

Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Membru Parlamentari, Micallef qal li kien ħerqan għal din l-isfida l-ġdida. Irringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawh fis-snin li għaddew.

Segwi hawn l-ewwel seduta tal-Parlament…

Posted by Jean Claude MICALLEF on Monday, January 20, 2020

Waqt l-istess seduta, il-Prim Ministru Robert Abela aċċetta r-riżenja tal-Ministru Justyne Caruana mill-Kabinett.