Jean Claude Micallef għall-Parlament

Jean Claude Mifallef ġie elett Membru Parlamentari Laburista. Huwa ġie elett flok Helena Dalli hekk kif Dalli ħadet postha bħala Kummissarju Ewropew.

L-elezzjoni każwali saret fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar waqt li nfetħu l-voti ta’ Helena Dalli biex jitpoġġew fil-garżelli tal-kandidati li poġġew isimhom biex jieħdu dan is-siġġu parlamentari.

Bi 114 voti iktar mis-Sindku ta’ Marsakala Mario Calleja, Jean Claude Micallef rebaħ din l-elezzjoni b’total ta’ 1,887 vot.

Micallef kien membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni tal-2013 li fiha beda jimmilita fil-Partit Laburista. Huwa jippreżenta programm fuq l-istazzjon nazzjonali TVM.

Huwa mistenni li jieħu l-ġurament tal-ħatra f’Jannar hekk kif jerġa’ jitlaqqa’ l-Parlament.