Javviċinawh b’arma finta billejl f’Għawdex

Puluzija

Żewġt irġiel b’wiċċhom mgħotti u b’arma finta pruvaw jisirqu bar f’Għawdex.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt  li l-attentat ta’ serqa seħħ għall-ħabta tat-2:40am aktar kmieni dalgħodu.

Raġel Ingliż ta’ 47 sena kien għadu kemm għalaq bar fi Pjazza Vitorja fix-Xagħra Għawdex, fejn daħal fil-karozza u ġie avviċinat minn dawn iż-żewġt irġiel.

Il-vittma rnexxielu jżomm wieħed mill-aggressuri, iżda sofra ġrieħi ħfief.

L-allegat aggressur huwa żagħżugħ ta’ 17 li qed jiġi miżmum mill-Pulizija.

Għadu mhux magħruf jekk it-tieni aggressur instabx.