Javviċina tfajla ta’ 17-il sena u jisraqha f’Baħar iċ-Ċagħaq

Raġel inqabad mill-Pulizija wara li ma’ sieħbu avviċinaw tfajla fit-triq u serqulha l-mowbajl.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-allegat aggressjoni u serqa seħħew fi Triq ir-Ridott f’Baħar iċ-Ċagħaq, għall-ħabta tat-8am.
It-tfajla għandha 17-il sena, iżda l-Pulizija ma setgħux jikkonfermaw kemm għandhom żmien l-allegati aggressuri, u minn fejn huma jew fejn joqogħdu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin mar-raġel li jinsab miżmum.
Ritratt: Arkivji