Jattakkahom biex jaqgħu l-ishma tat-tim Borussia Dortmund

Il-Pulizija fil-Ġermanja ressqu l-Qorti raġel suspettat bl-attakk li seħħ fuq ix-xarabank tat-tim Borussia Dortmund.
Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel ma kellux rabtiet mal-Istat Iżlamiku u li għamel l-attakk biex jaqgħu l-ishma tat-tim minn fuq is-suq.
Sergej W, ta’ 28 sena kien qed joqgħod fil-lukanda fejn kien hemm  it-tim. Huwa kellu l-kamra tagħti għat-triq, fejn minn hemm seta’ jara l-isplużjoni sseħħ.
Kawża tal-isplużjoni ta’ tliet bombi, żewġ persuni ittieħdu l-isptar,plejer (Marc Bartra) u pulizija.
Minħabba dan l-attakk il-logħba taċ-Champions League kontra Monako ntlagħbet l-għada.
Għal bidu l-Pulzija kieu qed jaħsbu li dak kien attakk terroristiku mwettaq mill-ISIS, anke minħabba ittri li nstabufuq ix-xena li provaw ixekklu l-pulizija biex tasal għal din il-konklużjoni.
Dan wasal biex il-Pulizija kienet arrestat raġel ta’ 25 mill-Iraq li għandu rabtiet mall-ISIS.