Jattakka sesswalment mara li kienet qed tixtri fil-Belt

Raġel li attakka sesswalment mara li nhar il-Ħadd li għadda kienet qed tixtri fil-Belt Valletta ntbagħat sitt xhur ħabs.
L-inċident seħħ fl-istabbiliment kummerċjali tal-Embassy fi Triq Santa Luċija.
Hussen Hassan Abdirahman, li għandu 28 sena, tressaq il-Qorti akkużat li attakka lil mara bejn is-7am u t-8 ta’ filgħodu.
Huwa ammetta li ta fastidju lil mara, weġġagħha u kissrilha l-mowbajl.
Apparti minn hekk, il-Maġistrat Gabriella Vella, ordnatlu jħallas garanzija personali ta’ €300 u biex qatt iżjed ma jerġa’ jersaq lejn il-vittma.