Jattakka persuni f’park b’sikkina fi Franza; jinqatel mill-Pulizija

French police secure an area in Villejuif near Paris, France, January 3, 2020 after police shot dead a man who tried to stab several people in a public park. REUTERS/Charles Platiau

Il-Pulizija Franċiża qatlet raġel b’tiri wara li dan ipprova jagħti daqqiet ta’ sikkina lil diversi persuni f’park pubbliku fil-villaġġ ta’ Villejuif. Dan qed jiġi rrapurtat minn BMF TV fi Franza.

Skont BMF TV l-attakkant miet ftit wara li qala’ t-tiri. L-attakkant qatel persuna u darab tnejn oħra.

L-attakk seħħ fil-villaġġ li jinsab madwar tmien kilometri fin-nofsinhar taċ-ċentru ta’ Pariġi. Il-Pulizija għalqu ż-żona ta’ madwar il-park. Intant, id-Deputat Kap tal-Ministeru għall-Intern ta’ Franza mar fuq il-post.

Skont il-prosekuturi tal-każ, iż-żewġ vittmi li ndarbu fl-inċident jidher li ttieħdu fi sptar viċin. Intant il-pulizija qed ikellmu lix-xhieda biex jippruvaw jifhmu eżatt x’ġara. Madanakollu, il-prosekuturi ma ridux jitkellmu dwar l-attakkant inniffsu.

FL-aħħar erba’ snin, il-kapitali Franċiża għaddiet minn bosta attakki li rriżultaw f’każwaltajiet maġġuri.

F’Ottubru li għadda, erba’ persuni nqatlu b’daqqiet ta’ sikkina fil-headquarters tal-pulizija f’Pariġi minn speċjalista tal-IT li kien jaħdem għall-pulizija. Il-Prosekuturi kienu qatlu lill-attakkant, Mickael Harpon b’tir.