Aġġornata: Tnejn imutu wara attakk fi stazzjon fi Franza

Żewġ persuni mietu wara li raġel ħebb għalihom b’sikkina fi stazzjoni tal-ferroviji fi Franza.
L-inċident seħħ ftit qabel it-3pm fi stazzjoni f’Marseiile fejn allegatament raġel kien għaddej, ħareġ sikkina u attakka diversi persuni li kienu mexjin fil-viċininanzi.
Il-Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu ssejħu immedjatament fuq il-post fejn sparaw lill-agressur.
Il-Pulizija Franċiża avżat lill-pubbliku biex jevita l-akwati sakemm tkun għaddejja l-investigazzjoni tagħha.
Skont il-midja internazzjonali żewġ persuni ġew ikonfermati mejta filwaqt li persuni oħrajn weġġgħu serjament.