Jattakka mara; żewġha jagħtih attakk tal-qalb

Read in English.

Raġel ta’ 33 sena minn Raħal Ġdid tressaq il-Qorti akkużat li kiser l-ordnijiet tal-ħelsien mill-arrest wara li allegatament attakka mara anzjana fi Triq Diċembru 13 fit-22 t’Ottubru li għadda. Waqt dan l-inċident żewġha jtih attakk tal-qalb.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Huwa qed jiġi mixli wkoll li seraq minn vending machine, li kien reċediv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur Fabian Fleri spjega li waqt li l-koppja kienu mexjin il-Ħamrun, il-mara waqgħetilha l-brazzuletta minn idha. Allegatament l-akkużat baqa’ jsegwihom sa Blata l-Bajda jinsisti li l-brazzuletta kienet tiegħu. L-akkużat imbottà lill-mara u ħadilha l-mowbajl. B’riżultat ta’ dan l-inċident ir-raġel tah attakk tal-qalb.

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.