Jattakka 2 persuni f’Paceville

Raġel li ilu jgħix Malta illegalment għal aktar minn ġimgħa, ingħata sentenza sospiża wara li wieġeb ħati li ta daqqiet ta’ sikkina lil żewġ persuni waqt argument f’Paceville.

Mohammed Misrati, Libjan ta’ 26 sena residenti s-Swieqi ammetta bir-reat, u qal  li kien jaf wieħed mill-vittmi minn Facebook. Il-każ seħħ fis-16 ta’ Awwissu. Hu ġie arrestat u tressaq il-Qorti għall-ewwel darba dakinhar stess u għall-ewwel wieġeb mhux ħati.

Il-każ kien seħħ fi Triq Dragonara f’Paceville. Il-vittmi huma raġel mill-Kosta tal-Avorju li għandu 38 sena u raġel ieħor Libjan ta’ 32 sena li joqgħod il-Gżira.

Il-Maġistrat Simone Grech tagħtu sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.