Jastjeni f’vot dwar żvelar ta’ informazzjoni fuq it-taxxa tad-dħul

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant astjena minn vot fuq direttiva dwar żvelar ta’ informazzjoni fuq it-taxxa tad-dħul minn ċertu impriżi u fergħat.
Sant qal li minkejja li l-għan tar-rapport kellu jkun li jitrażżnu l-abbużi fit-taxxi u fil-ħasil tal-flus, li fi kliemu jaqbel magħha, id-dikjarazzjonijiet li saru waqt it-tfassil jippuntaw għall-armonizzazzjoni tat-taxxa
L-MPE saħaq li astjena għax ma jaqbilx ma' politika komuni Ewropea favur l-armonizzazzjoni tat-taxxa.
Fid-diskors tiegħu, Sant qal li l-istati Ewropej li għandhom riżorsi limitati, l-aktar dawk fil-periferija tal-Ewropa, għandu jkollhom flessibilità fit-taxxa biex ikunu jistgħu jżidu l-attività ekonomika.
Ir-rapport kien approvat b’534 vot favur, 98 kontra u 62 astensjoni.