Jason Micallef u s-Sindku tal-Belt ma jaqblux mad-diżinn tal-imwejjed tal-monti

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef fuq Facebook qal li jinsab imnikket bid-diżinn tal-imwejjed tal-bejjiegħa tal-monti.
Micallef huwa ukoll kontra li l-monti jiġi rilokat fi Triq l-Ordinanza, bejn il-bini l-ġdid tal-Parlament u t-Teatru miftuħ.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018, mhix tikkunsidra li din id-deċiżjoni se żżid il-kwalità arkitettonika tal-post.
Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alexiei Dingli qal li l-Kunsill ma’ ġiex ikkonsultat fuq din ir-rilokazzjoni u lanqas ma jaqbel fuq id-diżinn li qed jintuża.
Fil-midja soċjali fost l-oħrajn, numru ta’ esperti u mhux qed jikkummentaw fuq il-kwalità fqira tad-diżinn li qed jintuża għall-imwejjed tal-bejjiegħa.
Din turi li hemm qbil mal-kumment ta’ Jason Micallef. Uħud qalu li l-ebda diżinn ma jiġġustifika li l-gabbani jitpoġġew taħt il-bini tal-Parlament.
Oħrajn qalu li l-monti fid-daħla tal-Belt Valletta mhux ġustifikat meta hemm il-vojt fis-Suq.