Jason Azzopardi qed jigdeb dwar il-proġetti tagħna – Grupp db

Read in English.

Il-Grupp db giddeb lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi wara li dan qal li l-grupp kien se jżid mal-40,000 metru kubu ta’ skavar fil-proġett tagħhom tas-City Centre sabiex il-materja jintuża għar-riklamazzjoni tal-art fil-proġett ta’ bajja San Ġorġ.

Azzopardi qal dan permezz ta’ post fuq il-media soċjali fejn anke ħareġ ritratt minn dokumenti tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li turi parti biss minnu u l-figura 40,000 metru kubu mmarkata.

Fi stqarrija l-Grupp db qal li l-proġett tas-City Centre mhux se jkun qed jaħdem fuq reklamazzjoni tal-art. Qal li saru tibdiliet fid-disinn minħabba raġunijiet varji u qal li riedu jagħmlu minn kollox biex iżommu l-binja li qabel kienet l-ITS f’postha. Qal li dan kollu minkejja li kellhom il-permess tas-Superintendent tal-Wirt Kulturali li l-Grupp jista’ jiżviluppa din il-binja mill-ġdid.

Il-grupp qal li minkejja dan kollu, qal li ppropona li l-blokok militari jinżammu kif inhuma. Qalu li minħabba f’hekk sar ix-xogħol neċessarju sabiex il-blokok militari ma jintmessux.

X’inhu l-proġett, u x’ġara s’issa? 

Il-proġett li se jieħu post il-binja li qabel kienet tintuża mill-ITS kien se jkun jinkludi fih torri ta’ 38 sular u lukanda ta’ 17-il sular. Hu kien ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar f’Settembru li għadda minkejja l-eluf ta’ oġġezzjonijiet li kienu daħlu dwar dan il-proġett.

Aqra: Aġġornata: Approvat mill-ġdid il-proġett tal-Grupp db

Fi Frar, it-Tribunal qal lill-iżviluppaturi li minkejja li l-proġett tagħhom ġie approvat, hemm bżonn li l-iżviluppaturi jissottomettu pjanti ġodda. Dawn għandhom jinkludu żieda fiż-żoni ta’ spazju miftuħ filwaqt li talbu għal tnaqqis fl-għoli tat-torri u l-lukanda.

Aqra: Attivisti u residenti jiftħu kawżi l-Qorti dwar il-proġett tad-db Group

F’Marzu, il-Grupp db issottometta pjanti ġodda wara li ħareġ bi proposta ġdida ta’ żvilupp għas-sit ta’ fejn kien hemm l-ITS f’Pembroke. Fosthom ġiet proposta lukanda ta’ 5 stilel ta’ Klassi 3B, b’438 kamra. Kien ġie propost ukoll li se joħorġu 162 residenza, flimkien ma’ spazju għall-uffiċju kummerċjali ta’ Klassi 4A, ċentru tax-xiri ta’ klassi 4B, ristoranti ta’ klassijiet 4C u 4D, u kif ukoll parkeġġ taħt l-art.

Aqra: Il-Grupp db jissottometti pjanti ġodda għall-eks sit tal-ITS

Il-proġett li kien approvat kien reġa ġie revokat mill-Imħallef Mark Chetcuti fl-istadju tal-Appell. L-appell kien sar mill-Moviment Graffitti, li sar minħabba kunflitt ta’ interess ta’ wieħed mill-membri tal-Bord, Matthew Pace.

Aqra: Kunflitt ta’ interess iwassal biex il-pjan tad-db f’Pembroke jkun revokat mill-Qorti

Però, il-Grupp db kien iddikjara li se jerġa’ jirriattiva l-applikazzjoni għall-permess għall-proġett fuq l-eks sit tal-ITS. Diversi għaqdiet, Kunsilli Lokali u residenti kienu kkundannaw din l-applikazzjoni ġdida għal skavar waħdu bħala attentat ċar ta’ kif wieħed jipprova jevadi valutazzjoni sħiħa tal-impatt li se jġib miegħu dan l-iżvilupp. Dan għaliex sostnew li l-applikazzjoni hija separata minn dik li ġiet sottomessa mill-kumpanija sentejn ilu.

Aqra: Proġett db: Jirriattivaw applikazzjoni għall-permess għall-eks sit tal-ITS