​Jason Azzopardi jippreżenta numru ta’ files fil-Parlament

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jippreżenta fil-parlament numru ta’ box files b'aktar minn 250 sentenza tal-qorti mill-2010 sal-2015 ta’ nies li huwa qal li jinsabu mwerwin li jiġu żgumbrati minħabba liġi tal-1979. 
Skont il-kelliemi, il-liġi dwar il-kera li daħlet kważi 40 sena ilu fetħet feriti ta’ faqar u biża’ ta’ żgombru minn eluf ta’ nies. 
Huwa qal li l-Gvern qed jibqa’ sieket quddiem realta’ ta’ numru ta’ familji u anzjani li qed jiġu mhedda li jitkeccew minn djarhom wara li krew il-propjeta’ fejn joqgħodu. 
Hu qal li s-sitwazzjoni, diga serja, issir aktar gravi meta wiehed iqis il-kirjiet gholja ta' llum. Huwa qal li s-soluzzjoni f’dawn iċ-ċirkustanzi hija li d-drittijiet tas-sid għandhom ikunu rikonoxxuti billi l-istat jaghti kumpens lis-sid iżda jibqa’ jipproteġi lill-inkwilin. 
Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli kompliet fejn ħalla Azzopardi u qalet li l-ligi dwar il-kirjiet għandha toħloq bilanċ bejn l-inkwilini u s-sidien migħajr ma toħloq inġustizzja anki quddiem il-problemi maħluqa mill-prezzijiet tas-suq għall-kirijiet. 
Fil-winding up, il-Ministru Bonniċi qal li Azzopardi qed jipprova beżża’ lin-nies iżda l-Gvern hu konxju minn din is-sitwazzjoni u qed isewgi mill-qrib kull deċiżjoni li toħroġ mill-Qorti Maltija u dik Ewropea.
Intant ilbieraħ id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li wara l-31 ta’ Mejju se tinħoloq sitwazzjoni bla preċedent għal għadd ta' negozjanti li jistgħu jispiċċaw fit-triq minħabba l-kera.
Ritratt: Facebook