Jason Azzopardi: Għadu jew m’għadux kelliem tal-PN għall-Ambjent?

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kiteb f’chat partikolari li kienet infetħet apposta minn esponenti tal-PN dwar l-ambjent, li huwa m’għadux il-kelliem tal-Oppożizzjoni għal dan is-settur.
Ikkuntattjat minn Newsbook.com.mt, Azzopardi qal li ma jikkummentax “fuq affarijiet interni tal-Partit”.
Min-naħa tiegħu, id-Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kkonferma li Jason Azzopardi għadu l-kelliem għall-Ambjent.
Mill-informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li Jason Azzopardi telaq minn din ic-chat partikolari u qabel ma telaq qal li “minħabba li m’għadnix aktar responsabbli għal dan is-suġġett, ma nħossx li għandi nibqa’ f’din iċ-chat.”
Fuq Facebook, Azzopardi qal hekk: