Dalgħodu waslu Malta mal-147 immigrant permezz ta’ Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta. L-immigranti kienu 109 irġiel, 19-il mara u 15-it tfal. Inġiebu wkoll l-iġsma ta’ 4 persuni mejta, mara u tlett itfal.
Ilbieraħ aktar minn 200 immigrant ġew salvati wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet madwar 60 mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Lampedusa.
L-Operazzjoni ta’ Salvataġġ kienet tinsab fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta madwar 118-il mil nawtiku bogħod minn Malta. Il-Forzi Taljani salvaw 56 persuna, disgħa minnhom tfal.
Id-dgħajsa bl-immigranti nqalbet għal ħabta ta’ l-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta kien l-ewwel fuq il-post fejn salva bosta immigranti. 56 mill immigranti kienu salvati minn Patrol Boats Taljani.
Sadanittant, iktar tiftix għall-immigranti qed ikompli llum.
Ritratti: AFM