Jaslu Lampedusa l-81 persuna li kienu fil-periklu qrib Malta – Alarm Phone

Read in English.

L-għaqda Alarm Phone qalet li l-81 immigrant li kienu f’periklu qrib Malta waslu Lampedusa jumejn ilu.

Dan qalitu fuq Twitter ilbieraħ wara li fil-5 ta’ Novembru, kienet qalet li tilfet il-kuntatt ma’ dgħajsa b’81 immigrant abbord.

L-NGO kitbet li kienu fiż-żona Maltija ta’ tiftix u salvataġġ. Billi tilfet il-kuntatt magħhom, hija bdiet tibża’ li qed tiġi organizzata pushback oħra lejn il-Libja.

Din il-ġimgħa, 52 immigrant bdew ifittxu lill-Gvern Malti bil-Qorti talli dawn ntbagħtu lura l-Libja meta ħarbu minn hemmhekk b’tama għal ħajja aħjar fl-Ewropa. L-għan tagħhom hu li jingħataw applikazzjoni għall-ażil.