Jaslu Lampedusa l-110 immigranti li kienu fil-periklu qrib Malta

SeaWatch

Read in English.

Il-110 immigranti li kienu jinsabu f’periklu fl-ibħra madwar Malta ddaħħlu Lampedusa lbieraħ.

Dan qalitu Alarm Phone fuq Twitter.

Hija qalet li bħas-soltu, il-Forzi Armati ta’ Malta rrifjutaw li jintervjenu, u b’hekk poġġew lil dawn in-nies f’periklu. Ftit ħin qabel, l-NGO kienet kitbet li l-Forzi Armati ma kinux qegħdin jaqbdu t-telefown, filwaqt li l-Gwardja tal-Kosta Taljana bdiet tgħid li mhux responsabbiltà tagħha.

Sadattant, l-NGO Médecins Sans Frontières kitbet li 13-il persuna allegatament għerqu fil-Mediterran Nofsani. Fosthom kien hemm tliet nisa u tifel jew tifla. 11-il persuna oħra ssalvaw u ttieħdu lura fuq l-art.

Huma kienu għadhom kemm ħarbu mil-Libja.