Kollox lest biex jibda l-għadd tal-voti fil-11am

09:55 X’aktarx li l-proċess li jinfetħu l-kaxxi se jkun lest kmieni. Madanakollu l-proċess tal-għadd tal-voti xorta waħda se jibda għall-ħabta tal-11:00a.m. L-assistenti kummissjonarji li kienu qed jaħdmu tul il-lejl intbagħtu d-dar filwaqt li xift ġdid mistenni għall-ħabta tal-10:30a.m.

09:07 Wara li matul il-lejl l-attivita wara l-perspex kienet waħda kwieta, mal-ġurnalisti issa ngħaqdu għexieren ta’ delegati u rappreżentanti tal-partiti politiċi. It-tensjoni u l-istennija tibda tiżdied hekk kif joqrob aktar il-ħin tal-11am.

08:54 Fadal biss għexieren ta’ kaxxi x’jinfetħu. Fil-parti l-kbira tad-distretti, fadal biss bejn erbgħa u għaxar kaxxi x’jinfetħu. Jidher li dan il-proċess diġa spiċċa fit-tielet u fis-sitt distrett fost oħrajn. Dan jista jindika li l-għadd tal-voti jibda kif mistenni għall-ħabta tal-11am, bi qbil mal-partiti politiċi.

02:04 Ma tantx fadal coaches barra l-kumpless tas-sala tal-għadd tal-voti. Dawk bil-kaxxi minn Għawdex waslu wkoll.

01:24 It-turnout ta’ din l-elezzjoni ġenerali kienet dik ta’ 93%. Fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea, din iċ-ċifra hija l-istess bħal dik tal-aħħar elezzjoni ġenerali fl-2008. L-akbar differenza kienet reġistrata fl-għaxar distrett, bi 2% inqas mill-2008.

01:14 Barra l-kumpless għad fadal numru sostanzjali ta’ ‘coaches’ li għadhom qed jistennew biex jidħlu u jniżżlu l-kaxxi tagħhom.

01:08 Fis-sala tal-għadd tal-voti, jidher li l-proċess miexi mingħajr waqfien f’kull distrett, apparti fit-tielet (Marsascala, Żejtun, Fgura) u t-tlettax (Għawdex/Kemmuna).

00:55 Il-proċess għaddej mingħajr waqfien, u dan mistenni jkompli sal-Ħadd filgħodu. Il-proċess tal-għadd tal-voti mistenni jibda għall-ħabta tal-11am.

00:16 Fost l-attivita’ barra l-kumpless tal-għadd tal-voti, jiddominaw il-vannijiet tat-trasport pubbliku li qed iwasslu lura lil madwar 1, 300 AEC lura d-dar.

00:05 Fis-sala tal-għadd tal-voti għaddej il-proċess li jinfetħu l-kaxxi li waslu, jitpoġġew rashom l’isfel u jitqegħdu f’pakketti ta’ 50. Din l-attivita’ għaddejja kważi f’kull distrett, barra t-tielet, l-għaxar u t-tmien distrett. Ovvjament għadhom ma waslux il-kaxxi mill-gżira Għawdxija.

23:44 Hemm numru konsiderevoli ta’ coaches li waslu fil-parkeġġ tas-sala u li qed jistennew biex jidħlu. Dawn qed jieqfu tlieta kull darba.

23:40 L-ewwel kaxxi li waslu ttieħdu fil-kamra tal-voti. Dawn imorru għall-verifikazzjoni mill-counting assistants.

23:25 Waslu l-kaxxi ta’ Ħ’Attard, Floriana, Santa Luċija, Gżira, Marsa u Ħaż-Żebbuġ.

23:14 Jaslu l-kaxxi mill-Gharghur, Birgu, Iklin, Birżebbugia, San Pawl il-Baħar. Kważi waslu l-kaxxi kollha tal-Mosta u l-Ħamrun.

23:06 Jaslu kaxxi mill-Ħamrun, Ħad-Dingli u Ħal-Balzan. Il-kaxxi jaslu fuq bażi ta’ lokalita’ u mhux fuq bażi ta’ distrett.

23:00 Waslu l-kaxxi tal-votazzjoni tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u l-Isla.

Ftit tal-ħin ilu bdew jaslu l-ewwel kaxxi tal-votazzjoni mid-diversi lokalitajiet.

Ritratti: Daniel Balzan