Read in English.
Il-bieraħ filgħaxija wasal Malta il-vaċċin ta’ Moderna. Dan il-vaċċin wasal Malta erbat ijiem wara li ġie approvat mill-Aġenzija Ewropea għall-Medicini.
Il-Ħadd filgħodu id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, waqt li kien qed jitkellem f’attività politika fil-Mellieħa, ħabbar li kienet se tasal l-ewwel konsenja tal-vaċċin Moderna.
B’hekk Malta hi l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li rċiviet l-ewwel konsenja tal-Moderna li waslet fuq titjira tal-Airmalta, KM423, minn Brussell.
Bil-vaċċini mixtrija mill-Moderna u Pfizer-BioNtech, pajjiżna se jkollu tliet-kwarti ta’ miljun vaċċin u li se jippermetti d-dipartiment tas-saħħa biex ilaqqam lil kull min hu vulnerabbli sa Mejju u jilħaq l-‘Herd Immunity’ sal-bidu tas-sajf.