Jasal Malta l-Awditur Ġenerali ta’ Wales

L-Awditur Ġenerali ta’ Wales Huw Vaughan Thomas għamel żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta fejn ġie milqugħ mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara u mid-Deputat Awditur Ġenerali, Noel Camilleri. 
Id-diskussjonijiet kienu jinkludu relazzjonijiet internazzjonali, oqsma ta’ kollaborazzjoni fis-settur pubbliku, u fl-iżvilupp professjonali. 
Fl-aħħar jiem, żewġ uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Awditur ta’ Wales taw ukoll programm ta’ taħriġ lill-impjegati tal-Uffiċċju tal-Awditur f’Malta. 
Ritratt: NAO