Jasal Malta Javier Zanetti

Għadu kif wasal Malta, l-plejer internazzjonali Arġentin ta’ Inter, Javier Zanetti.

F’din iż-żjara ġie mistieden minn Inter Club Malta f’għeluq il-35 sena anniversarju u biex jippromwovi l-fondazzjoni tiegħu bl-isem P.U.P.I. 

Din il-fondazzjoni bla qligħ ġiet imwaqqfa mill-istess Javier Zaneti u l-mara tiegħu Paula.  L-għan ta’ P.U.P.I hija biex tgħin lit-tfal foqra u żvantaġġati.  Fil-fatt l-isem ta’ din il-fondazzjoni ġej mil-laqam tiegħu El Pupi.  P.U.P.I. hija fil-qosor għal Por un piberio integrado  li tfisser għal tfulija sħiħa.

Zanetti se jibqa` Malta sa’ għada filgħaxija.  Illejla se jkun mistieden speċjali waqt ikla organizata mill-Inter Club Malta.  Għada filgħaxija se jindirizza lil partitarji Interisti Maltin. 

Aktar dettalji tkunu tistgħu tarawhom fuq dan is-sit aktar –il quddiem.