Jasal Malta b’timbru falz fuq il-passaport: jeħel 6 xhur ħabs

Read in English.

Raġel weħel sitt xhur ħabs wara li daħal Malta b’timbru falz ta’ visa fuq il-passaport tiegħu. Ir-raġel li hu Eġizzjan kien arrestat fl-ajruport Malti malli wasal fuq titjira li kienet ġejja mill-Kajr.

Hu ppreżenta passaport oriġinali Eġizzjan, iżda fih kellu timbru falz.

Hu ġie akkużat li ffalsifika tibru tal-viżu, għamel użu minn dokument falz u kellu fuqu dokument ta’ immigrazzjoni falz.

Ir-raġel ammetta l-akkużi kontrih. L-ispettur qal li r-raġel ikkopera mal-pulizija.

Il-Maġistrat spjegat lill-akkużat li minħabba dak li wettaq kein se jeħel sitt xhur ħabs, iżda l-akkużat ikkonferma li kien ħati wara li ngħata l-ħin biex jikkunsidra mill-ġdid it-tweġiba tiegħu.

Il-qorti, wara li semgħat l-akkużi miġjuba kontrih, id-dokumenti, kif ukoll il-fatt li ammetta li kien ħati, iddikajarat lir-raġel ħati. Hu ntbagħat il-ħabs għal sitt xhur u kien ordnat jmur lura pajjiżu malli jiskonta s-sentenza.