Jasal Malta b’95 kapsula droga fl-istonku

Inqabad raġel mill-Perù ta’ 33 sena li kien fuq titjira minn Dubaj u rriżulta li kien qed iġorr 95 kapsula droga, suspettata li hi kokaina.

Ir-raġel tressaq b’arrest aktar kmieni llum quddiem il-Qorti, wara li saru l-investigazzjonijiet mill-Pulizija.

Huwa ma ngħatax il-libertà proviżorja u qed jinżamm taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.