Filmat: Jasal il-vaċċin tal-influwenza; ara meta se jibda jingħata b’xejn

Read in English.

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-vaċċin tal-influwenza se jibda’ jingħata b’xejn minn diversi ċentri madwar Malta u Għawdex mill-11 t’Ottubru ‘l quddiem.

Dan qalu fuq programm televiżiv ‘Xtrasajf’. Huwa stqarr li se jkunu qed jaslu Malta 15,000 vaċċin għall-influenza kuljum, biex ikun hawn total ta’ 200,000 doża.

Skont il-Ministru għas-Saħħa, kull Belt u raħal se jkollha ċentru allokat biex jagħtu t-tilqim tal-influenza, miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd mill-10.00am sa 7.00pm.

Fearne fakkar li f’każ ta’ żvilupp ta’ vaċċin għall-Covid-19 fil-ġimgħat li ġejjin, pajjiżna diġà għandu allokat 330,000 doża. Żied li hemm ukoll ordni ta’ 500,000 doża jekk ikun hemm il-bżonn għalihom.