Tama ta’ fejqan mal-wasla tal-vaċċin f’Bergamo

Tama ta' fejqan għal belt li sofriet il-flaġell tal-Covid-19

Simone Baglivo (Twitter)

Hekk kif l-Ewropa bdiet bil-proċess tat-tilqima bil-vaċċin kontra l-Covid-19 il-memorji koroh li għaddew uħud mill-bliet Ewropej baqaw vivaċi fl-imħuħ ta’ ħafna. Fost dawn il-bliet, wieħed ma jistax ma jsemmix il-flaġell li għaddiet minnu Bergamo fl-Italja. 

Għaldaqstant kien hemm stennija li trasformat ruħha f’ tama hekk kif il-vaċċin wasal f’din il-belt u beda jingħata lill-popolazzjoni ta’ Bergamo. 

Akkumpanjat minn skorta ta’ pulizija, karozzi ta’ emerġenza medika il-vaċċin twassal fl-isptar Papa Giovanni XXIII nhar is-Sibt, biex mill-bieraħ beda jingħata lill-istaff mediku ta’ dan l-isptar. 

Maria Beatrice Stasi, id-Direttur Ġenerali tal-Isptar qalet li llum huwa jum simboliku, fejn l-isptar qal li dan huwa jum storiku għax wara tant xhur ta’ kriżi, fejn l-isptar kien iddedikat għall-kura u l-ħafna attivitajiet li kkaratterizzaw l-emerġenza, mil-lum qegħdin fuq quddiem biex iqassam il-vaċċin, l-unika arma li għandha d-dinja kollha f’dawn ix-xhur kollha biex ittemm il-pandemija u l-emerġenza nazzjonali. Hija rringrazzjat lil kulħadd talli qed isegwi il-kampanja ta’ tilqim b’konvinzjoni u rringrazzja lill-frontliners tal-ġlieda kontra l-pandemija u anke llum nittamaw li dan huwa l-aħħar stadju ta’ triq diffiċli u ta’ uġigħ.  

Ritratt – Simone Baglivo (Twitter)