Jarrestawh għax ħa kollazzjon ma’ mara

Eġizzjan fl-Arabja Sawdija ġie arrestat wara li filmat tiegħu jieħu kolazzjoni ma’ mara dar Twitter.

Fil-filmat, ir-raġel deher jiekol maġenb mara b’wiċċha mgħotti kważi kollu. Dan jikser il-liġi fl-Arabja Sawdija, fejn fuq postijiet tax-xogħol u restoranti, familji u rġiel mhux miżżewġa jpoġġu f’partijiet differenti.

Fuq Twitter intużat għal 113,000 darba l-hashtag bl-Għarbi li tgħid “Eġizzjan jieħu l-kolazzjoni ma’ Sawdi”.