Jarrestaw lill-eks attakkant ta’ Liverpool Dean Saunders

L-eks attakkant ta’ Liverpool Dean Saunders weħel għaxar ġimgħat ħabs wara li rrifjuta milli jagħmel it-test tax-xorb. Saunders li għandu 55 sena twaqqaf mill-Pulizija fuq suspett li kien qed isuq taħt l-effett tal-alkaħol f’Boughton, Chester nhar l-10 ta’ Mejju.

Saunders li lagħab ma’ Wales għal 75 darba, kien qed iserrep u meta l-Pulizija ordnatlu joħroġ mill-karozza, kellu jżomm mal-karozza tiegħu stess biex jibqa’ bilwieqfa. Barra l-qorti, l-avukat difensur ta’ Saunders qal li l-klient tiegħu se jkun qed jappella s-sentenza għax jaħseb li l-verdett kien aħrax wisq.

Il-qorti ma tagħtux il-libertà provisorja u l-appell se jinstema’ aktar tard din is-sena. Dan ikkonfermatu l-Mersey Cheshire Crown Prosecution Service.