Jarmu tarbija tat-twelid f’borża taż-żibel

Tarbija tat-twelid ġiet salvata wara li kienet abbandunata f’borża tal-plastik ftit tas-sigħat wara li twieldet.
It-tarbija nstabet fil-Messiku wara li mara ta’ 22 sena, li kienet miexja fit-triq, rat il-borża tiċċaqlaq, fetħitha u sabet lit-tarbija flimkien ma’ xi ftit ħwejjeġ. 
Il-mara mmedjatament ċemplet lill-Pulizija li ħadu lit-tifel l-isptar.