Jarmu saqqu f’nofs ta’ triq f’San Ġiljan is-Sibt filgħaxija

Xi persuni mhux magħrufa rmew saqqu f’nofs ta’ triq prinċipali f’San Ġiljan is-Sibt filgħaxija.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan ippubblika ritratt u sostna li wieħed irid ikun persuna verament irresponsabbli, egoista u injoranta biex tagħmel att bħal dan.

Il-Kunsill Lokali appella sabiex jekk hemm min għandu informazzjoni dwar min seta’ kien li rema dan is-saqqu, jgħaddiha lill-Kunsill. Intant irringrazzja lid-Dipartiment tat-tindif li ħadu ħsieb ineħħu s-saqqu. Is-sitwazzjoni ġiet deskritta bħala waħda tal-mistħija.

Intant fakkar li l-Kunsill Lokali għandu servizz b’xejn sabiex jitneħħa skart goff. Qal li kulma wieħed irid jagħmel huwa li jċempel.