Jarmi tarbija mit-tieqa wara li jinqabad jabbuża minnha

Fi Spanja, raġel ta’ 30 sena ġie arrestat u se jiffaċċja testijiet psikjatriċi wara li rema mit-tieqa tarbija ta’ 17-il xahar li kien qed jabbuża sesswalment minnha.
Il-każ seħħ fir-reġjun Bask u ġie rrappurtat mill-ġurnali ta’ Madrid.
Kienet l-omm li rrappurtat lir-raġel li ssorprendietu jabbuża minn bintha.
Anke l-omm spiċċat l-isptar wara li r-raġel aggrediha.
It-tarbija tinsab f’qagħda gravi minħabba l-impatt li laqqtet fuq rasha.