​Jargumentaw xufier tal-linja u sewwieq; ħsarat fuq tal-linja

Argument bejn xufier tal-linja u sewwieq wassal biex issir ħsara fuq karozza tal-linja.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ il-Ħadd li għadda fi Triq San Anard f’Ħal Tarxien. Qal li r-rapport sar għall-ħabta tas-1:30pm.
Skont is-sit Lovin Malta s-sewwieq beda jkisser it-twieqi ta’ karozza tal-linja b’żewġ bricks tal-konkrit li wassal lill-passiġġieri biex jibdew iwerżqu.
Ġie rrappurtat li l-inċident seħħ wara li x-xufier tal-karozza tal-linja ma ħalliex lis-sewwieq l-ieħor jaqbżu waqt li kien ħiereġ minn bus stop. Ir-raġel allegatament imbagħad waqqaf lix-xufier u beda jkisser it-twieqi.
Ritratt: Arkivji