Jaqsmu kejk f’għeluq is-6 sena

Eluf ta’ nies żaru The Point Shopping Mall f’Jum il-Ħelsien biex jiċċelebraw is-sitt anniversarju minn meta fetaħ. Kull min attenda din l-attività ibbenefika minn ġurnata ta’ divertiment u prezzijiet imraħsa. 
Sa minn meta fetaħ il-bibien tiegħu fl-2010, The Point Shopping Mall iċċelebra l-anniversarju kull sena bħala ringrazzjament lill-klijenti tiegħu tas-sapport kontinwu tagħhom.
Din is-sena, l-atturi tas-serje popolari Strada Stretta żiedu element ta’ faxxinu waqt Meet and Greet esklussiv. 
“Minkejja li diġa għaddew 6 snin minn meta ftaħna, The Point Shopping Mall jibqa' destinazzjoni popolari max-xerrejja lokali. Kull sena nippruvaw noħorġu b’attivitajiet u offerti ġodda biex infakkru l-anniversaru tagħna.
Għall-ewwel darba din is-sena saret funfair fi Pjazza Tigné u Meet and Greet mal-atturi ta’ Strada Stretta. Dawn niżlu tajjeb ħafna mal-klijenti tagħna,” qalet Ilona Debattista, Marketing Manager ta’ The Point Shopping Mall. 
Kull min attenda bbenefika minn prezzijiet skontati sa 30% fuq ditti magħrufa, kif ukoll offerti speċjali u parkeġġ b'xejn. Barra minn hekk, Pjazza Tigné inbidlet f’fiera għat-tfal, kompluta b’bouncy castle, karozzini, xows tal-maġija u żfin. Il-jum intemm permezz ta' qtugħ tal-kejk.
Għal aktar informazzjoni, żur is-sit uffiċjali  jew fuq Facebook