Jaqsam bejn żewġ skyscrapers b’għajnejh mgħottija

Nik Wallenda jħobb l-isfidi. Ilbieraħ qasam bejn żewġ skysrapers f’Chicago fuq wajer għoli, mingħajr ma’ kellu l-ebda xibka taħtu u bla ebda miżura oħra ta’ sigurtà.
Eluf ta’ persuni nġabru fit-toroq sabiex jaraw dan l-att mhux tas-soltu. Wallenda għaġġeb lil kulħadd meta f’ħin minnhom għatta wkoll għajnejn meta qasam bejn żewġ binjiet.
Dan l-avveniment ixxandar b’mod kważi dirett fuq Discovery Channel. Il-produtturi televiżivi ħallew ix-xandira ftit sekondi tard, sabiex ikunu jistgħu jwaqqfu t-trasmissjoni diretta fl-eventwalità li Wallenda jaqa’ minn dak l-għoli.
Huwa dam 6 minuti u 52 sekonda biex qasam l-ewwel distanza tiegħu, f’għoli ta’ 500 pied. Kien hemm ukoll riħ li laħħaq l-40 kilometru fis-siegħa.