Jaqleb għall-aħjar il-qattus li sparawlu u tajruh

Il-qattus li qala’ tir u tajritu karozza jidher li qed jaqleb għall-aħjar hekk kif irnexxielu jsalva għal żewġ iljieli konsekuttivi, filwaqt li kiel u ħa l-mediċina.

Raven bħalissa jinsab fil-kura tal-Carers for Stray and Abandoned Felines (CSAF). Skont messaġġ fuq il-paġna tal-għaqda ġie spjegat li l-qattus tħalla għami hekk kif it-tir għadda minn għajnejh għal rasu. Wara hu ttajjar minn karozza li ħallietu bix-xedaq kompletament imfarrak.

Fl-aħħar messaġġ ippubblikat mill-istess għaqda ġie spjegat li d-ditta tal-ikel tal-annimali bl-isem ta’ HappyDog HappyCat Malta immedjatament offriet li tkompri l-ispiża tal-ikel għall-qattus sakemm dan ifieq.

Jisparaw għal ras qattus; wara ttajru karozza