L-iktar tifel ixxurtjat fid-dinja?

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=Tldlt2RhrDw]

Tifel ta’ sitt snin sar multi-miljunarju permezz ta’ YouTube.
Skont il-lista annwali ta’ Forbes taċ-ċelebritajiet li jaqilgħu l-aktar fluss fuq YoutTube, Ryan , li jippreżenta programm fuq Youtube bl-isem Ryan's ToysReview, din is-sena rnexxielu jiġġenera $11-il miljun.
Dan ifisser li ċ-ċkejken Ryan hu t-tmien persuna li l-aktar taqla’ flus fuq Youtube.
Il-familja ta’ Ryan ilha għal dawn l-aħħar sentejn tiġbed u tipproduċi dawn il-programmi qosra fejn it-tifel joqgħod jikkumenta dwar ġugarelli ġodda li joħorġu fis-suq.
L-idea nibtet meta Ryan kien għad kellu biss erba’ snin u staqsa lill-ommu u l-missieru jekk jistax jibda jikkumenta dwar il-ġugarelli tiegħu fuq YouTube.
L-istazzjon tal-familja beda bilmod sakemm f’Lulju tal-2015 filmat partikolari ta’ Ryan jikkumenta dwar bajda ġganteska li kien fiha aktar minn 100 ġugarell dar id-dinja u sar popolari.
Dan il-filmat tant intogħġob li sal-llum intwera 800 miljun darba.
L-istazzjon tal-familja ta’ Ryan illum-il ġurnata jsegwuh 10 miljun persuna u waħdu jiġġenera madwar $1 miljun fix-xahar f’riklami.