Aġġornata: Jaqla’ daqqa ta’ sikkina f’Pembroke

Argument bejn żewġ aħwa f’Pembroke wassal biex it-tnejn li huma sofrew ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-saghtejn neqsin kwart f’appartament fi Triq William Harding.
Fl-argument, żagħżugħ ta’ 28 sena ġie ferut f'saqajh b'daqqa ta' sikkina minn ħuħ ta’ 21 sena.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena qed jinżamm mill-pulizija.

Ritratt: Media Police