Jaqla’ daqqa ta’ sikkina f’Paceville

Raġel indarab ħafif wara daqqa ta’ sikkina f’Paceville.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Dragunara għal-ħabta tas-6.30am. L-aggressur għadu ma nqabadx u għaldaqstant l-investigazzjonijiet tal-Pulzija għadhom għaddejjin.