Jaqla’ daqqa ta’ bobcat u jispiċċa b’feriti gravi

Raġel ta’ 42 sena residenti l-Mosta sofra ġrieħi gravi xħin intlaqat minn bobcat fi stabbilment li fih kien qed isir xi xogħol.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq il-Blata l-Kaħla, Santa Venera.
Ir-raġel ittieħed Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
Ritratt: Arkivji