Jaqla’ daqqa ta’ arma waqt argument

Raġel allegatament qala’ daqqa ta’ arma bil-ponta lbieraħ filgħaxija.

In-Niġerjan ta’ 34 sena rrapporta lill-Pulizija li dan ġara waqt argument mar-raġel li jgħix miegħu.

L-argument seħħ fid-9.30pm fi Triq il-Ħalel f’San Pawl il-Baħar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-vittma telaq mill-isptar minn jeddu.