Jaqla’ daqqa ta’ arma taqta’ u bil-ponta fil-Marsa; iweġġa’ gravi

Aġġornat 10:15 AM

Read in English.

Matul il-lejl li għadda raġel weġġa’ gravi wara li safa attakkat minn persuni b’arma taqta’ u bil-ponta fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fil-Ġnien Spencer li jinsab fi Triq Diċembru 13 għall-ħabta tas-1am.

Ir-raġel li huwa Somalu ta’ 24 sena, residenti l-Marsa, kien bilqiegħda fuq bank meta marru fuqu xi persuni u attakkawh bl-arma. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.