Jaqgħu sular bil-karozza f’San Ġiljan

Raġel u żagħżugħa ħelsuha ħafif wara li l-karozza li kienu qed isuqu waqgħet għoli ta’ madwar sular f’San Ġiljan.
Ma’ Newsbook.com.mt kelliem għall-Pulizija qal li jidher li l-karozza waqgħet minn Triq Mikiel Ang Borg wara li x-xufier għamel xi manuvra li rriżultat fl-inċident.
Skont il-Pulizija kemm ir-raġel kif ukoll il-mara ħarġu waħedhom mill-vettura u li mhux qed ibatu minn ġrieħi serji.
Ritratt: Arkivji