Jaqgħu shutters fuq raġel fil-Ħamrun; jittieħed l-isptar

Read in English.

Raġel ġarrab xi ġrieħi meta waqgħu shutters fuqu fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq Kanonku Bonnici. Ir-raġel kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni f’dar, meta waqgħu x-shutters fuqu.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.