Jaqa’ fuqu l-ġebel; iweġġa’ gravi

Aġġornat 09:10 PM
Malta Police Force

Raġel ta‘ 43 sena mill-Bulgarija residenti Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Fgura.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.40pm fi Triq Mater Boni Consigli.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

Skont l-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li r-riħ waqqa’ xi ġebel fuq ir-raġel ta’ 43 sena.