Jaqgħu minn fuq mutur fin-Naxxar; iweġġgħu gravi

📷: Miguela Xuereb

Żewġ żgħażagħ weġġġgħu gravi meta waqgħu minn fuq mutur fi Triq is-Salina fin-Naxxar.

Kien għall-ħabta tas-6.30am meta żagħżugħ ta’ 23 sena minn Nepal u residenti l-Imsida kien qiegħed isuq mutur meta ħabat ġol-barrikati tat-triq. Miegħu fuq il-mutur, kellu passiġġiera, mara ta’ 26 sena minn Nepal residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur u lill-passieġiera l-Isptar Mater Dei.