Aġġornata: Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Marsa

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li mara weġġgħet gravi wara li waqgħu minn fuq il-mutur li kienu qed isuqu.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro fil-Marsa għall-ħabta tat-7:40 pm.
Iż-żewġ persuni huma Belġjani u għandhom 51 sena, residenti Wied il-Għajn.